Mixja Mal-President

‘Mixja mal-President’ b’risq The Malta Community Chest Fund se ssir nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru 2023 u se tgħaddi minn tliet Palazzi.

Il-mixja titlaq fit-3pm mill-Palazz Verdala, tgħaddi mill-Palazz ta’ Sant’Anton u tispiċċa quddiem il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.

‘Mixja mal-President’ hija organizzata mill-Uffiċċju tal-President b’kollaborazzjoni ma’ SportMalta.

Il-parteċipanti kollha se jirċievu T-shirt kommemorattiv b’xejn meta jirreġistraw fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, l-uffiċċji ta’ The Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta u r-Rabat, Għawdex, The Kitchen Garden, il-Palazz ta’ Sant’Anton, il-ħwienet kollha tal-Maypole u online fuq www.mccf.store.