Mixja tal-President 2025

L-attività nazzjonali b’risq il-Malta Community Chest Fund, “Il-Mixja tal-President”, din is-sena se ssir il-Ħadd, 30 ta’ Novembru.

It-tluq se jkun minn żewġ postijiet, mill-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard u mill-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-9:15am. Minn hemm imbagħad il-parteċipanti jiltaqgħu Blata l-Bajda sabiex flimkien jimxu lejn il-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta.

Il-parteċipanti kollha se jirċievu T-shirt kommemorattiv għal donazzjoni ta 10ewro u dawn jistgħu jinkisbu mill-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, l-uffiċċji ta’ The Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta u r-Rabat, Għawdex, il-Palazz ta’ Sant’Anton, u Eurosport Birkirkara (Bata Level 1).