Media

Eluf attendew għal President’s Solidarity FUN RUN

Bħal kull sena, amount rekord ta’ nies attendew id-disa’ edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

 

L-applikazzjonijiet baqgħu jinġabru sa ftit qabel ma bdiet il-FUN RUN u nies attendew bi ħġarhom.  Il-mixjiet u l-ġirja telqu għal ħabta ta’ l-għaxra ta’ filgħodu fejn l-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta flimkien mal-Onorevoli Dr Joseph Muscat, Prim Ministru u l-Kap ta l-Oppożiżjoni Onorevoli Dr Adrian Delia telqu mil-Universita ta’ Malta.  Is-Sur Edgar Preca telqa minn Santa Venera u mixja oħra minn Raħal Ġdid.  Bħal kull sena il-ġirja telqet mit- telgħa tas-Saqqajja, r-Rabat fejn ammount kbir ta atleti attendew bi ħġarhom.

 

Waqt diskorsi qosra ġewwa Pjazza San Ġorġ, Mark Cutajar, ‘Chairman’ tal-Kumitat Organizzattiv u irringrazzja lill-folla numeruża li attendiet u lill-entitajiet kollha li taw sehemhom biex din l-attivita’ tkun suċċess. L-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta saħqet fuq l-importanza tal-għaqda bejnietna u fuq il-valur tas-Solidarjeta’ u kemm hu sabiħ li ningħaqdu fuq dak li jgħaqqadna – il-ġenerożita’.  “Ejjew din il-ġenerożita nużawha kull ġurnata tas-sena, ma’ xulxin, billi nagħtu r-rispett lil xulxin. Ma jimpurtax meta ma naqblux, imma jekk aħna tassew irridu nkunu ġenerużi, meta aħna nagħtu r-rispett, insibu xorta waħda l-għaqda anke meta ma nkunux qed naqblu fuq l-argument”.