Media

Iċ-ċkejken Nigel lura Malta b’qalb ġdida

Iċ-ċkejken Nigel, li issa kien ilu 10 xhur l-Ingilterra jistenna qalb mingħand persuni ta’ rieda tajba li, jiddonaw l-organi tagħhom, issa għadu kif wasal lura Malta b’qalb ġdida. L-operazzjoni tant marret tajjeb, li ġie lura erba’ ġimgħat qabel iż-żmien.

Il-Malta Community Chest Fund Foundation tixtieq tirringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li, bil-ġenerożita’ tagħhom waqt l-Istrina, l-MCCFF tkun tista tibqa’ tgħin lil Nigel u lil dawk kollha fil-bżonn ta’ l-għajnuna mill-istess Fondazzjoni.

Fost dawk jilqgħu lill-Nigel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien hemm ukoll l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.