Media

Mijiet jattendu għall-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu

Bħal kif jiġri kull sena, il-Palazz tal-Verdala pprovda l-isfond ideali għall-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu, li jsir, kif inhi t-tradizzjoni, fl-ewwel Sibt ta’ Awissu.

 

Sa mill-bidu ta’ dan il-ballu, aktar minn 60 sena ilu fi żmien il-Gvernatur Laycock, il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu, jiġi organizzat primarjament, bħala avveniment ta’ ġbir ta’ fondi.  Filfatt f’dawn l-aħħar snin, il-Ballu ġie organizzat b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

 

Dawk li jattendu għall-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu, ikollhom l-opportunita li igawdu il-ġonna sbieħ tal-Palazz Verdala, b’ikel tajjeb u divertiment mill-aqwa, filwaqt li jgħinu lil dawk fil-bżonn.

 

L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, irringrazjat lil dawk preżenti, peres li bil-preżenza tagħhom huma kienu qed jgħinu lill-Maltin u l-Għawdxin li jibbenifikaw mill-fondi tal-Malta Community Chest Fund Foundation. Il-President irringrazzjat ukoll lill-membri tal-kumitat organizzattiv, għad-dedikazzjoni tagħhom.

 

Marchesino Daniel de Petri Testaferrata, President tal-Kumitat Organizzattiv, irringrazzja wkoll lill-membri kollha tal-kumitat organizzattiv, għall-għajnuna u l-impenn tagħhom filwaqt li rringrazzja lill-isponsors, li mingħajr l-għajnuna tagħhom, l-avveniment ma kienx ikun possibbli.

 

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Banda tal-Pulizija ta’ Malta, In Guardia, kif ukoll il-Brass House Unit, allegraw lil dawk preżenti tul is-serata tal-Ballu.