Media

Stedina lill-Artisti!

 

Il-Kumitat Organizzattiv tal-Fine Arts Auction b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation u l-Istrina, qiegħed jistieden lill-artisti kollha sabiex jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena, billi joffru sa żewġ biċċiet tal-arti għal din il-kawża tant nobbli. Wara li jinġabru l-biċċiet tal-arti, kumitat ta’ l-għażla indipendenti ser jkun qiegħed jagħżel l-aqwa 70 biċċa, li imbagħad ser jiġu eżebiti u rkantati nhar is-Sibt 24 ta’ Novembru 2018.

Għal din l-okkażjoni speċjali, ser jiġi ppubblikat katalgu komprensiv, li ser jinkludi ritratti u dettalji tax-xogħolijiet tal-arti, flimkien ma’ bijografija tal-artisti.

Dawk interessati, jistgħu jirreġistraw l-interess tagħhom billi jikkuntattjaw lis-Sinjura Marlene Scicluna fuq 7901 7158 jew permezz tal-email [email protected]

Dawk ix-xogħolijiet li mhux ser jkunu qed jintgħażlu, jingħataw lura lill-artisti rispettivi.