Fond għall-Għaqdiet Volontarji

Il-Malta Community Chest Fund Foundation nediet il-Fond għall-Għaqdiet Volontarji f’Novembru 2014. Dan il-fond huwa mmexxi minn kumitat li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill tas-Superviżjoni tal-Malta Community Chest Fund Foundation.

L-għan ta’ dan il-Fond hu li:

  • Jippromovi l-ġustizzja soċjali fis-settur tal-volontarjat;
  • Jgħin lis-settur volontarju fil-ħidma li jwettaq għan-nies vulnerabbli; u
  • Iħeġġeġ lill-għaqdiet volontarji jaħdmu flimkien.

Mas-sejħa għall-applikazzjonijiet, jiġu ppubblikati l-prijoritajiet soċjali li se jiġu ndirizzati għal dik is-sena, kif ukoll titħabbar is-somma li tkun se tiġi allokata mill-fondi ta’ l-Istrina.

L-Għaqdiet volontarji huma mħeġġa li jaħdmu flimkien. Għalhekk, dawk l-għaqdiet li japplikaw għall-proġett soċjali  flimkien,  jingħataw l-opportunita’ li  jieħdu  d-doppju tas-somma allokata li jieħdu l-għaqdiet li japplikaw waħidhom.

Il-Fond għall-Għaqdiet Volontarji għandu l-Bord tal-Appell sabiex dawk l-għaqdiet li ma jaqblux mad-deċiżjoni tal-kumitat tal-evalwazzjoni ikunu jistgħu ifittxu r-rimedju