Il-Malta Community Chest Fund Foundation tiġbor donazzjonijiet ta’ xagħar bil-għan li tibgħatu barra minn Malta a spejjeż tagħha, biex jinġieb lura f’parrokki ta’ xagħar naturali biex tagħtihom lil dawk il-persuni li jkunu jinħtieġuhom minħabba kundizzjonijiet diversi.
L-Uffiċċini tal-Malta Community Chest Fund Foundation jinsabu:
- Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta
- The Brokerage, Triq Santa Martha, ir-Rabat Għawdex
- Sir Anthony Mamo Oncology Centre, Level -1
Il-Proċess kif għandu jinqata’ x-xagħar li minnu jkunu se jsiru l-parrokki.
-
- Ix-xagħar għandu jinġabar f’toppu jew iżjed minn wieħed skont it-tul tax-xagħar.
- It-toppu li jinqata’ ma jridx ikun iqsar minn 20 cms jew 8 pulzieri.
- It-toppu għandu jintrabat tajjeb b-tie band biex ma jinħalx.
- Qatt m’għandu jintbagħat imxarrab jew immaljat.
- Għandu jiġi mkebbeb f’ kitchen paper u jitqieghed f’borza flimkien mal-isem, l-indirizz u mobile number tad-donatrici.
- Id-donazzjonijiet tax-xagħar għandhom jintbagħtu jew bil-posta f’dan l-indirizz:
MCCFF
Il-Palazz,
Pjazza San Gorg
Valletta – VLT 115
Jew jinġiebu fl-uffiċċju tal-MCCF il-Belt Valletta li jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9 ta’ filgħodu u 3 ta’ wara nofs in-nhar. - Jekk ix-xaghar li jintbaghat ikun iqsar minn 20cms jew tmien pulzieri, ma tkunx tista’ tinghata ittra ta’ ringrazzjament, allura nirrakomandaw li jekk ix-xaghar ma jkunx twil bizzejjed, tistennew ftit xhur ohra qabel ma jinqata’ halli tassiguraw li dan ikun jista’ jintuza ghall-parrokki.[/ezcol_1half_end]